Deċiżjoni skont valutazzjoni tas-sustanza

Il-valutazzjoni tas-sustanza titwettaq mill-Istati Membri tal-UE. Din għandha l-għan li tiċċara t-tħassib relatat mal-użu sigur ta’ sustanza. L-awtorità kompetenti ta’ valutazzjoni tista’ titlob informazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard biex tiddetermina jekk l-użu tas-sustanza huwiex ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Il-valutazzjoni tista’ twassal għal miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji regolatorji.

 

Iffaċilita l-proċess tal-valutazzjoni tas-sustanza
  • Aġġorna d-dossier ta’ reġistrazzjoni tiegħek kmieni kemm jista’ jkun jekk tara li s-sustanza tiegħek hi skedata għall-valutazzjoni tas-sustanza. Ara l-pjan ta’ azzjoni rikorrenti Komunitarju (CoRAP) għas-sustanzi li għandhom jiġu vvalutati fuq perjodu ta’ tliet snin.
  • Evita li tissottometti aġġornamenti tad-dossier wara li l-awtorità kompetenti ta’ valutazzjoni tkun bdiet il-perjodu ta’ valutazzjoni ta’ 12-il xahar.
  • Jekk il-valutazzjoni tkun diġà bdiet iżda jeħtieġ li tiġi inkluża informazzjoni ġdida fid-dossier, l-ewwel aqbel mal-Istat Membru ta’ valutazzjoni jekk u kif jista’ jiġi kkunsidrat aġġornament tad-dossier il-ġdid.
  • Immira li titkellem b’vuċi waħda: kontribut wieħed f’isem ir-reġistranti kollha ta’ sustanza jgħin għal proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni b’inqas intoppi.
  • Jekk id-deċiżjoni teħtieġ li tippreżenta r-rapport sħiħ tal-istudju, irrapporta l-istudji b’mod komprensiv sabiex l-awtorità kompetenti ta’ valutazzjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni indipendenti. Dejjem issottometti d-data fil-forma ta’ sommarju robust tal-istudju.
  • Ta’ min jinnota li l-awtorità kompetenti ta’ valutazzjoni ser tagħti bidu għal valutazzjoni ta’ segwitu tad-dossier ta’ reġistrazzjoni aġġornat.
  • L-awtorità kompetenti ser tivvaluta jekk l-informazzjoni l-ġdida tikkorrispondix mat-talbiet fid-deċiżjoni u tiċċarax it-tħassib.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)