Kif il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sustanzi kimiċi ttejbilna ħajjitna
REACH huwa r-Regolament dwar is-sustanzi kimiċi tal-Unjoni Ewropa. Dan inħoloq biex jipproteġi lilna u lill-ambjent tagħna kontra sustanzi perikolużi. Fl-istess waqt, għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija Ewropea u jippromwovi alternattivi għall-ittestjar tas-sustanzi kimiċi fuq l-annimali.
Dawn il-paġni web jagħtu eżempji dwar kif REACH qiegħed jipproteġi lill-klijenti, lill-ħaddiema, u l-ambjent u kif dan jippromwovi l-innovazzjoni fl-industrija tas-sustanzi kimiċi.
Grazzi għal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi tal-Unjoni Ewropea, issa l-ECHA għandha fi ħdanha l-akbar bażi tad-dejta dwar is-sustanzi kimiċi fid-dinja.
Din fiha informazzjoni dwar bejn wieħed u ieħor 140 000 sustanza kimika, u din qiegħda tikber il-ħin kollu. Il-bażi tad-dejta tinkludi aktar minn żewġ miljun sommarju ta' studju dwar il-karatteristiċi tas-sustanzi kimiċi u l-impatt tagħhom fuq il-bnedmin u l-ambjent. Din tispjega wkoll kif dawn huma kklassifikati (pereżempju li huma korrużivi jew fjammabbli) u l-linji gwida dwar kif għandhom jintużaw b'mod sigur.
Proporzjon relattivament żgħir tagħhom (170 f'Ġunju 2016) huma elenkati li huma ta' "tħassib serju ħafna" għaliex dawn jistgħu jikkawżaw kanċer, mutazzjonijiet, ifixklu l-fertilità jew jakkumulaw u jippersistu fl-ambjent. Kollox ma' kollox, dan huwa ammont ta' informazzjoni vast, li l-ECHA hija impenjata li tuża għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej u l-ambjent.
X'tixtieq tkun taf?
Sustanza kif tabilħaqq taffettwa l-ġisem tal-bniedem? Din tirrita l-ġilda tiegħek jew għajnejk, jew għandha effett ħafna agħar, bħal li tikkawża kanċer? U f'liema tipi ta' prodotti tintuża? Hija ta' ħsara għall-ambjent u kif tiġi rilaxxata? Dawn il-mistoqsijiet issa jingħatawlhom risposta f'deskrizzjonijiet qosra ta' kull sustanza kimika li aħna nsejħulhom infocards. Jekk tixtieq tkun taf dwar is-sustanzi li inti tista' tkun espost għalihom, dan huwa post tajjeb biex tibda.
Faċli daqs meta tkun qed tfittex kelma fid-dizzjunarju, kemm tikteb l-isem tas-sustanza fil-kaxxa tat-tfittxija fit-taqsima tal-Informazzjoni dwar is-Sustanzi Kimiċi u ssibha hemm. L-informazzjoni tinħoloq mid-dejta li l-kumpaniji ppreżentaw lill-ECHA biex ikunu konformi mal-liġi tal-UE. Jekk is-sustanza hija kklassifikata bħala partikolarment perikoluża, l-infocard turi wkoll kif din qiegħda tiġi skrutinizzata mir-regolaturi fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex jiġi żgurat li n-nies u l-ambjent huma protetti.
See also
Route: .live2

