Pittogrammi CLP

Pittogramma tal-periklu hija immaġni fuq tikketta li tinkludi simbolu ta' twissija u kuluri speċifiċi maħsuba biex jipprovdu informazzjoni dwar il-ħsara li sustanza jew taħlita partikolari jistgħu jikkawżaw lil saħħitna jew lill-ambjent. Ir-Regolament CLP introduċa sistema ġdida ta' klassifikazzjoni u ttikkettar għal sustanzi kimiċi perikolużi fl-Unjoni Ewropea. Il-pittogrammi nbidlu wkoll u huma skont is-Sistema Globalment Armonizzata tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-pittogrammi ġodda huma fil-forma ta' djamant aħmar fuq sfond abjad, u ser jissostitwixxu s-simboli antiki kwadri kulur oranġjo li kienu japplikaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti. Mill-1 ta' Diċembru 2010, xi sustanzi u taħlitiet diġà ġew ittikkettati skont il-leġiżlazzjoni ġdida, iżda l-pittogrammi antiki jistgħu xorta jkunu fis-suq sal-1 ta' Ġunju 2017. Sa dak iż-żmien, tista' ssib deterġenti, żjut tal-lampi jew prodotti oħra ttikkettati jew bil-pittogramma oranġjo jew b'dik bajda fis-supermarkit lokali tiegħek jew fuq l-ixkafef tal-maħżen lokali tal-ferramenta.

  • Image
  • Image

Ikklikkja fuq il-pittogrammi biex tasal għad-deskrizzjoni rilevanti

 

Image Gas under pressure
Symbol: Gas cylinder
Image
  • Xi tfisser?
    Fih gass taħt pressjoni; jista' jisplodi jekk jissaħħan.
    Fih gass imkessaħ; jista' jikkawża ħruq jew dannu minn temperaturi baxxi.

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Kontenituri tal-gass

    Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Ipproteġi mid-dawl tax-xemx
    Ilbes ingwanti kiesħa li ma jinfedx minnhom/ilqugħ għall-wiċċ/protezzjoni għall-għajnejn.
    Ikkonsulta tabib minnufih.
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Ma jeżisti ebda simbolu għal din il-pittogramma ta' perikolu.

 

Image Explosive
Symbol: Exploding bomb
Image
  • Xi tfisser?
    Splussiv instabbli
    Splussiv; periklu li jisplodu kollha f'daqqa
    Splussiv; periklu serju ta' projezzjoni
    Splussiv; periklu ta' nar, blast jew projezzjoni
    Jista' jisplodi f'daqqa fin-nar

    Eżempji ta' fejn tista' ssibha
    Logħob tan-nar, ammunizzjoni

    Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Ikseb struzzjonijiet speċjali qabel l-użu
    Tmissux qabel ma tkun fhimt u qrajt l-istruzzjonijiet kollha ta' prekawzjoni
    Żomm il-bogħod mis-sħana/xrar tan-nar/fjammiet mikxufa/uċuh jaħarqu. – Tpejjipx
    Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wċċ
    Uża t-tagħmir personali protettiv kif meħtieġ
    Riskju ta' splużjoni f'każ ta' nar
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Image
Image Oxidising
Symbol: Flame over circle
Image
  • Xi tfisser?
    Jista' jikkawża jew iżid in-nar; ossidant.
    Jista' jikkawża nar jew splużjoni; ossidant qawwi.

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Bliċ, ossiġenu għal skopijiet mediċi
  • Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Żomm ‘il bogħod mis-sħana/xrar tan-nar/fjammiet mikxufa/uċuh jaħarqu. –Tpejjipx
    Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ.
    Laħlaħ mill-ewwel l-ilbies ikkontaminat u l-ġilda b'ħafna ilma qabel ma tneħħi l-ilbies.
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Image
Image Flammable
Symbol: Flame
Image
  • Xi tfisser?
    Gass li jaqbad malajr ħafna
    Gass li jaqbad
    Aerosol li jaqbad malajr ħafna
    Aerosol li jaqbad
    Likwidu u fwar li jaqbdu malajr ħafna
    Likwidu u fwar li jaqbdu
    Solidu li jaqbad

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Żejt tal-lampi, petrol, soluzzjonijiet għat-tneħħija taż-żebgħa tad-dwiefer
  • Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad.
    Żomm 'il bogħod mis-sħana/mix-xrar/ fjammiet mikxufa/ uċuh jaħarqu - Tpejjipx
    Żomm il-kontenitur magħluq sew
    Żomm frisk
    Ipproteġi mid-dawl tax-xemx
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Image
Image Corrosive
Symbol: Corrosion
Image
  • Xi tfisser?
    Jista' jkun korrużiv għall-metalli
    Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Soluzzjonijiet/ likwidi għat-tindif tad-drenaġġ, aċidu aċetiku, aċidu idrokloriku, ammonijaka 
  • Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Tiblax bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej
    Aħsel/laħlaħ…sewwa wara li tużah
    Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ
    Aħżen f'post imsakkar
    Żomm biss fil-kontenitur oriġinali
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    ImageImage
Image Health Hazard
Symbol: Exclamation Mark
Image
  • Xi tfisser?
    Jista' jikkawża irritazzjoni respiratorja
    Jista' jikkawża ħedla jew sturdament
    Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda
    Jikkawża irritazzjoni serja għall-għajnejn
    Jikkawża irritazzjoni tal-ġilda
    Jagħmel il-ħsara jekk jinbela'
    Jagħmel il-ħsara meta jmiss mal-ġilda
    Jagħmel il-ħsara jekk jinxtamm
    Jagħmel il-ħsara għas-saħħa pubblika u għall-ambjent billi jkisser l-ożonu fl-atmosfera superjuri

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Deterġenti tal-ħasil, likwidi għat-tindif tat-tojlits, fluwidi li jkessħu

    Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Evita li tibla' bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej
    Uża biss barra jew f'post ventilat sew
    Jekk jittieħed fin-nifs: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f'pożizzjoni komda biex tkun tista' tieħu n-nifs
    Jekk jinbela': ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk ma tħossokx f'siktek
    Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ.
    Jekk fuq il-ġilda: Aħsel bil-mod b'ħafna sapun u ilma.
    Jekk jidħol fl-għajnejn: Laħlaħ b'attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.
    Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qiegħed tuża dan il-prodott. 
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Image
Image Acute toxicity
Symbol: Skulls and Crossbones
Image
  • Xi tfisser?
    Fatali jekk jinbela'
    Fatali jekk imiss mal-ġilda
    Fatali jekk jinxtamm
    Tossiku: jekk jinbela'
    Tossiku meta jmiss mal-ġilda
    Tossiku jekk jinxtamm

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha
    Pestiċidi, bijoċidi, metanol
  • Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Laħlaħ... sewwa wara li tużah.
    Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qiegħed tuża dan il-prodott.
    Jekk jinbela': ċempel immedjatament liċ-ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib
    Laħlaħ ħalqek
    Aħżen f'kontenitur magħluq
    Iddaħħalx fl-għajnejn, fuq il-ġilda, jew fuq il-ħwejjeġ.
    Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ.
    Jekk fuq il-ġilda: Aħsel bil-mod b'ħafna sapun u ilma
    Neħħi/Inża' mill-ewwel l-ilbies ikkontaminat.
    Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa' tużahom.
    Tiblax bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej.
    Uża biss barra jew f'post ventilat sew
    Ilbes protezzjoni respiratorja.
    Jekk jittieħed fin-nifs: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f'pożizzjoni komda biex tkun tista' tieħu n-nifs
    Aħżen f'post imsakkar
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    ImageImage
Image Serious health hazard
Symbol: Health hazard
Image
  • Xi tfisser?
    Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs
    Jagħmel ħsara lill-organi
    Jista' jagħmel ħsara lill-organi
    Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf
    Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf
    Jista' jikkawża l-kanċer
    Suspettat li jikkawża l-kanċer
    Jista' jikkawża difetti ġenetiċi
    Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi
    Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtamm

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha?
    Terpentina, petrol, żejt tal-lampi

    Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Jekk jinbela': ċempel immedjatament lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib
    TIPPROVOKAX ir-remettar
    Aħżen f'post imsakkar
    Tiblax bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej.
    Aħsel/Laħlaħ sewwa wara li tużah.
    Tikolx, tixrobx u tpejjipx meta tkun qiegħed tuża dan il-prodott.
    Ikkonsulta tabib jekk tħossok ma tiflaħx
    Jekk espost: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib
    Ikseb struzzjonijiet speċjali qabel l-użu
    Tmissux qabel ma tkun qrajt u fhimt l-istruzzjonijiet kollha ta' prekawzjoni.
    Uża' t-tagħmir personali protettiv kif meħtieġ
    Jekk espost jew imħasseb: Ikkonsulta tabib
    Evita li tibla' bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej
    F'każ ta' ventilazzjoni inadegwata ilbes protezzjoni respiratorja
    Jekk jittieħed fin-nifs: Jekk in-nifs ikun diffiċli, esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f'pożizzjoni komda biex tkun tista' tieħu n-nifs
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    ImageImage
Image Hazardous to the environment
Symbol: Environment
Image
  • Xi tfisser?
    Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi b'mod li jħalli effetti fit-tul
    Tossiku għall-organiżmi akwatiċi b'mod li jħalli effetti fit-tul

    Eżempji ta' fejn nistgħu insibuha?
    Pestiċidi, bijoċidi, petrol, terpentina

    Eżempji ta' dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni
    Evita r-rilaxx fl-ambjent
    Iġbor it-tixrid
  • Simboli li ser jinqatgħu:

    Image

Categories Display