Skip to Content
Skip to Content

Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni

(ippubblikata b'konformità mal-Artikolu 59(10) tar-Regolament REACH)

Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni

Noti:

  • Verżjoni awtentika: Il-Lista tal-Kandidati ppubblikata fuq is-sit elettroniku biss hija meqjusa awtentika. Il-kumpaniji jista' jkollhom obbligi guridiċi immedjati wara l-inklużjoni ta' sustanza fil-Lista tal-Kandidati fuq dan is-sit elettroniku inkluż b'mod partikolari l-Artikoli 7, 31 u 33 tar-Regolament REACH.
  • Raġuni għal Inklużjoni: L-Artikolu 57(a) ifisser sustanzi karċinoġeni fil-kategorija 1A jew 1B; L-Artikolu 57(b) ifisser sustanzi mutaġeniċi fil-kategorija 1A jew 1B; L-Artikolu 57(c) ifisser sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1A jew 1B; L-Artikolu 57(d) ifisser sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT); L-Artikolu 57(e) ifisser sustanzi persistenti u bijoakkumulattivi ħafna (vPvB); L-Artikolu 57(f) ifisser livell ta' tħassib ekwivalenti ta' probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew fuq l-ambjent.
    Fejn f'din il-kolonna jidhru figuri superscript dan ifisser li l-informazzjoni dwar kondizzjonijiet applikabbli għall-klassifikazzjoni tas-sustanza hija disponibbli permezz tal-buttuna "Dettalji".
  • numru EC, numru CAS : In-numru EC jinkludi kemm il-forma anidra kif ukoll il-forma idrata ta' sustanza u konsegwentement l-entrati jkopru dawn iż-żewġ forom. In-numru CAS inkluż jista' jkun għall-forma anidra biss, u għaldaqstant in-numru CAS li jkun qed jidher mhux dejjem jiddeskrivi l-entrata b'mod preċiż.
  • Identifikaturi numeriċi oħra: Għal dawk l-entrati bi "-" fil-kolonni tan-numru EC u n-numru CAS, ġie inkluż inventarju mhux eżawrjenti ta' numri tar-Reġistru EC u/jew CAS li jiddeskrivi sustanzi jew gruppi ta' sustanzi meqjusa li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-entrata tal-Lista tal-Kandidati, fejn il-prattikabbiltà tkun possibbli. Din l-informazzjoni jista' jkollha aċċess permezz tal-buttuna "Dettalji" tal-entrata magħżula.
  • Settijiet ta' Data ta' Sustanzi IUCLID: Dawn huma parzjalment settijiet ta' data ta' sustanzi mimlija lesti fil-format ta' IUCLID. Huma pprovduti bħala sostenn għal importaturi jew produtturi ta' oġġetti li jħejju notifiki għal sustanzi fl-oġġetti. Il-kumpanija ta' notifika tibqa', madankollu, responsabbli biss mill-adegwatezza u l-korrettezza tal-informazzjoni mressqa fin-notifika.

1,2-Benzenedicarboxylic acid, dihexyl ester, branched and linear

EC no.: 271-093-5 CAS no.: 68515-50-4
Intrinsic property(ies) referred to in Article 57
Toxic for reproduction (Article 57c)
Date of inclusion
16/06/2014
Decision
IUCLID dataset
Support document
Response to comments
Remarks


Route: .live2

Dan is-sit web juża l-cookies biex jiżgura li jkollok l-aqwa esperjenza fuq is-siti web tagħna.

Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies.

Għalkemm l-ECHA qiegħda tipprovdi ħafna materjal fil-lingwa tiegħek onlajn, parti minn din il-paġna qiegħda bl-Ingliż biss. Sir af aktar dwar il-prattika multilingwa tal-ECHA.
Terġax turi dan il-messaġġ.