HelpNet

ĦelpNet huwa netwerk maħluq mill-ECHA u l-uffiċċji tal-informazzjoni nazzjonali ta' BPR, CLP u REACH. In-netwerk inħoloq biex itejjeb il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. Il-benefiċċji ta' din il-kooperazzjoni huma l-ksib ta' fehim komuni dwar ir-rekwiżiti legali skont ir-regolamenti ta' BPR, CLP u REACH u l-għoti ta' konsulenza konsistenti u armonizzata lil partijiet interessati.

Wieħed mill-outputs regolari ta' ĦelpNet huma l-Mistoqsijiet Frekwenti maqbula b'mod komuni (FAQs). Dawn jagħtu aktar informazzjoni dettaljata dwar dokumenti ta' gwida, proċessi u metodi marbuta mar-regolamenti ta' BPR, CLP u REACH. Il-Mistoqsijiet Frekwenti huma ppubblikati fil-paġna ta' Appoġġ Mistoqsijiet&Tweġibiet.

Il-Kamp ta' applikazzjoni ta' ĦelpNet

  • Skambju ta' Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti ta' BPR, CLP u REACH.
  • Fehim komuni dwar ir-rekwiżiti legali skont dawn ir-regolamenti.
  • Konsulenza konsistenti u armonizzata lil partijiet interessati mill-membri tagħha.
  • Bini ta' kapaċità ta' uffiċċji tal-informazzjoni nazzjonali.
  • Komunikazzjoni u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni b'enfasi partikolari fuq l-SMEs.
  • Taħriġ għall-uffiċċji tal-informazzjoni nazzjonali.

Operat tal-ĦelpNet

Il-Grupp ta' Tmexxija tal-Ħelpnet huwa l-korp governattiv tal-Ħelpnet. Barra mill-uffiċċji tal-informazzjoni nazzjonali tal-ECHA, il-Kummissjoni Ewropea u osservaturi minn pajjiżi kandidati u/jew organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati huma wkoll membri tal-Grupp ta' Tmexxija . Dan jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena fil-bini tal-ECHA u x-xogħol tiegħu huwa koordinat mis-Segretarjat tal-ĦelpNet

help net meetings tabs

Meeting Date Place Agenda Minutes
BPR Workshop 19/05/2022 Web conference [PDF] [PDF]
CLP workshop 18/05/2022 Web conference [PDF] [PDF]
REACH Workshop 17/05/2022 Web conference [PDF] [PDF]