Gwida dwar il-PIC

Id-dokument ta' Gwida li huwa disponibbli fuq dan is-sit elettroniku ġie żviluppat bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Awtoritajiet Nazzjonali Nominati għar-Regolament PIC u partijiet ikkonċernati akkreditati, inkluża l-industrija. L-objettiv ta' dan id-dokument huwa li tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (ir-Regolament PIC) bid-deskrizzjoni ta' prattika tajba dwar kif jiġu ssodisfati l-obbligi.

Dan id-dokument ġie tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Tista' taċċessa t-traduzzjonijiet minn din il-paġna web: uża l-menù tal-lingwa fuq ir-rokna ta' fuq tan-naħa tal-lemin tal-paġna.

Gwida dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

Isem ta' referenza:
Gwida dwar ir-Regolament PIC
Deskrizzjoni:
Dan id-dokument ta' gwida jiddeskrivi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' ċerti sustanzi kimiċi perikolużi skont ir-Regolament PIC.

Niżżel id-dokument PDF kollu (19/10/2016)
Aktar informazzjoni dwar is-sit elettroniku tal-ECHA
Aqra iktar