Rekwiżiti tal-informazzjoni: Tonna sa 10 tonni fis-sena

Biex tiġi rreġistrata sustanza fil-medda ta’ tunnellaġġ ta’ 1 sa 10, jeħtieġ li tipprovdi informazzjoni speċifikata fil-Kolonna 1 tal-Annessi VII ta’ REACH, li tinkludi ċerta data fiżikokimika, informazzjoni tossikoloġika u ekotossikoloġika, ħlief meta r-rekwiżit ma japplikax għas-sustanza tiegħek. Il-Kolonna 2 tispeċifika l-possibbiltajiet ta’ adattament għall-karatteristiċi speċifiċi. Is-sett ta’ informazzjoni standard meħtieġ jista’ jiġi adattat skont ir-regoli ġenerali li hemm fl-Anness XI.

L-obbligu li tiġi ppreparata proposta ta’ ttestjar japplika wkoll meta r-reġistrant potenzjali, bħala riżultat tal-applikazzjoni tar-regoli fil-kolonna 2 tal-annessi, jipproponi testijiet (ta’ livell ogħla) tal-Annessi IX jew X bħala alternattiva għar-rekwiżiti standard tal-Annessi VII u VIII.