Kif tikkaratterizza u tidentifika s-sustanza tiegħek

Għal ħafna mill-proċessi tar-REACH, CLP u bijoċidi, trid tinkludi l-informazzjoni li ġejja fid-dossier tiegħek biex tidentifika s-sustanza biċ-ċar:

  • Isem is-sustanza u identifikaturi relatati. Dawn jistgħu jkunu, pereżempju, l-isem tal-IUPAC, in-numru EINECS jew ELINCS jew in-numru tas-CAS.
  • Il-formuli molekolari u strutturali, jekk applikabbli.
  • Informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-purità tas-sustanza.
  • Dejta spettrali u informazzjoni analitika oħra għall-verifika tal-identità u tal-kompożizzjoni tas-sustanza

Ir-rekwiżiti speċifiċi marbutin ma' sustanzi monokostitwenti, sustanzi multikostitwenti u sustanzi UVCB huma deskritti fil-Gwida għall-identifikazzjoni u l-għoti tal-isem lis-sustanzi skont ir-REACH u s-CLP.

L-ECHA trid tikkonkludi li l-identità li tajt lis-sustanza tiegħek hija korretta. Biex tagħmel dan, fid-dossier iridu jiddaħħlu kromatogrammi u spettri tal-kwalità xierqa kif ukoll informazzjoni analitika oħra. Importanti li l-ispettri, il-kromatogrammi u informazzjoni analitika oħra jiġu evalwati bis-sħiħ u li l-interpretazzjoni tagħhom tiġi ppreżentata fid-dossier.

Għal iktar informazzjoni dwar kif tħejji il-parti dwar l-identità tas-sustanza tad-dossier ta' reġistrazzjoni tar-REACH tiegħek, ara l-Manwal 18 dwar is-sottomissjoni tad-dejta: Kif tirrapporta l-identità tas-sustanza kimika f'IUCLID 5 għal reġistrazzjoni taħt REACH.