Regolamenti

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi tapplika għas-setturi kollha tal-industrija li jitrattaw is-sustanzi kimiċi u tul il-katina ta' provvista sħiħa. Din tagħmel il-kumpaniji responsabbli għas-sigurtà ta' sustanzi kimiċi li huma jqiegħdu fis-suq.

 

REACH

Image

REACH huwa regolament tal-Unjoni Ewropea, addottat biex itejjeb il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mir-riskji li jistgħu jirriżultaw mis-sustanzi kimiċi, filwaqt li jżid il-kompetittività tal-industrija tas-sustanzi kimiċi tal-UE. Jippromwovi wkoll metodi alternattivi għall-istima tal-periklu ta' sustanzi sabiex jitnaqqas l-għadd ta' testijiet fuq l-annimali. 
 

CLP

Image

Ir-Regolament CLP jiżgura li l-perikli ppreżentati minn sustanzi kimiċi jiġu kkomunikati b'mod ċar lill-ħaddiema u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea permezz tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi kimiċi.
 

 

Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali

Image

Ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR, Regolament (UE) 528/2012) jikkonċerna t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti bijoċidali, li jintużaw għall-protezzjoni tal-bniedem, l-annimali, il-materjali jew l-oġġetti kontra organiżmi li huma ta' ħsara, bħal mard jew batteri, permezz tal-azzjoni tas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodott bijoċidali.
 

Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel

Image

Ir-Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel (PIC, Regolament (UE 649/2012) jamministra l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċerti sustanzi kimiċi perikolużi u jimponi obbligi fuq il-kumpaniji li jixtiequ jesportaw dawn is-sustanzi kimiċi lejn pajjiżi mhux tal-UE. Jimplimenta, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-proċedura ta' kunsens informat minn qabel għal ċerti sustanzi kimiċi u pesitiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali.