Miżuri Transitorji

Talbiet pendenti għal informazzjoni dwar sustanzi eżistenti – Artikolu 136(1) u 136(2) tar-Regolament REACH

Il-manifatturi u l-importaturi huma mitluba jippreżentaw informazzjoni addizzjonali dwar ċerti sustanzi lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KEE) Nru 793/93. L-Artikolu 136(1) u 136(2) tar-Regolament REACH jipprovdi għal miżuri tranżitorji li jirrigwardaw dawn it-talbiet.

L-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jirrevedu l-informazzjoni ppreżentata u li jinfurmaw lill-ECHA bi kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħtieġa (Artikoli 46(3) u 48 REACH).

B'kollox hemm 29 sustanza eżistenti li huma effettwati mid-dispożizzjonijiet tranżitorji (komposti tan-nikil jingħaddu bħala entratura waħda). L-informazzjoni mitluba hija speċifikata fir-Regolamenti (KE) Nri 465/2008, 466/2008, 506/2007, 565/2006, 642/2005 u 2592/2001.

Inkwantu s-16-il sustanza elenkata fir-Regolament (KE) Nru 465/2008 li huma soġġetti għall-Artikolu 136(2) ta' REACH, l-ECHA identifikat u nnominat lil Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni.

Aktar

Rapporti tranżitorji tal-Anness XV għal sustanzi eżistenti ta' prijorità mhux finalizzati taħt ir-Regolament 793/93 – Artikolu 136(3) tar-Regolament REACH

L-Istati Membri tal-UE ppreżentaw ir-rapporti tranżitorji tal-Anness XV lill-ECHA. Dawn ir-rapporti fihom informazzjoni pendenti dwar perikli u riskji u għażliet possibbli għall-ġestjoni tar-riskji għal dawk li jissejħu sustanzi eżistenti, żviluppati taħt ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Abbażi tal-Artikolu 136(3) tar-Regolament REACH, l-Istati Membri tal-UE ntalbu biex bejn l-1 ta' Ġunju u l-1 ta' Diċembru 2008 jippreżentaw rapporti tranżitorji għal sustanzi li fir-rigward tagħhom il-valutazzjoni tar-riskji, l-iżvilupp ta' strateġija biex jiġu llimitati r-riskji jew id-diskussjonijiet ma kinux għadhom ġew iffinalizzati qabel l-1 ta' Ġunju 2008.

Aktar

Valutazzjonijiet tar-riskji mhux obbligatorji

Fl-2000 l-industrija ħabbret li kienet ser tivvaluta b'mod mhux obbligatorju xi komposti tar-ramm u tal-azzar skont il-mekkaniżmi tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93. L-Istati Membri u l-Kummissjoni qablu dwar din l-inizjattiva fil-11-il-laqgħa Konġunta tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 67/548/KEE u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 fl-2001.

Aktar