Staqsi lill-ECHA dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

Inti għandek Intrapriża Żgħira jew ta' Daqs Medju (SME) u qed tippjana biex tapplika għall-awtorizzazzjoni biex tuża sustanza ta' tħassib serju ħafna? Għad għandek xi mistoqsijiet dwar il-proċess? Għaliex ma tistaqsix lill-ECHA? 

Aħna se nkunu disponibbli fil-25 ta' Frar 2015, mill-10:00 sa 12:00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali, u se nipprovdu l-appoġġ fil-lingwa tiegħek stess (fejn hemm iżjed minn lingwa uffiċjali waħda għall-pajjiżek, aħna se noffru tal-inqas waħda minnhom).

Agħmel prenotazzjoni għal ħin personali għal diskussjoni online fuq it-telefon u għidilna l-mistoqsija tiegħek bil-quddiem. Aħna mbagħad inċemplulek fil-ħin miftiehem.

Kif tagħmel prenotazzjoni għal ħin skedat għall-konverżazzjoni bit-telefon:

  1. Il-prenotazzjonijiet jistgħu jsiru bejn it-2 u t-18 ta' Frar 2015 fuq http://echa.ajas.fi
  2. Oħloq kont tal-utent: Ikklikkja fuq "Create log-in credentials" (Oħloq il-kredenzjali biex tilloggja).
  3. Agħżel il-lingwa tiegħek mil-lista li tinżel taħt "Topic area" (Qasam tas-suġġett). Se jintwerew il-ħinijiet skedati kollha disponibbli għal-lingwa tiegħek.
  4. Agħżel il-ħin, ikklikkja fuq l-isem tal-espert u tinfetaħ il-formola għal talba. L-informazzjoni tal-utent tiegħek se tkun mimlija minn qabel. Daħħal il-mistoqsija tiegħek taħt "Comments/Questions" (Kummenti/Mistoqsijiet), aċċetta l-avviż legali (immarka l-kaxxa) u kklikkja "Book time" (Ibbukkja l-ħin). Inti għandek tirċievi notifika awtomatika bil-posta elettronika li turi li t-talba tiegħek ġiet sottomessa u qed tistenna l-konferma mingħand l-ECHA.
  5. Inti mbagħad tirċievi konferma bil-posta elettronika.

Għal raġunijiet tekniċi, l-għodda tal-prenotazzjoni hija bl-Ingliż biss. Madankollu, għall-konvenjenza tiegħek, jekk jogħġbok hawn taħt sib it-test tad-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà legali fil-lingwa nazzjonali tiegħek:

Jekk jogħġbok ftakar li aħna nagħtuk l-aħjar parir li nistgħu, abbażi tal-informazzjoni li tagħtina. Inti biss tibqa' responsabbli biex tissodisfa l-obbligi tiegħek taħt REACH u CLP. L-ECHA mhix responsabbli mill-mod kif inti tuża l-informazzjoni li tkun irċevejt matul dan l-avveniment.

L-informazzjoni personali li tkun ingħatat permezz tal-għodda tal-prenotazzjoni se tintuża biss għall-organizzazzjoni ta' din is-sessjoni "Ask ECHA" (Staqsi lill-ECHA). L-ECHA tipproċessa kwalunkwe data personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' data personali. Taħt dan ir-Regolament kulħadd għandu d-dritt li jaċċessa jew jirrettifika d-data personali li tkun ġiet sottomessa. Sabiex teżerċita dan id-dritt, jekk jogħġbok issottometti talba lill-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-ECHA