Il-proċess ta' reklutaġġ

Aħna nirreklamaw il-postijiet battala kollha tagħna fuq is-sit elettroniku tal-ECHA. Inti għandek tissottometti l-applikazzjoni kompleta tiegħek sad-data tal-għeluq.

Bord tal-għażla wieħed sejjer jirrevedi l-applikazzjonijiet validi kollha skont il-kriterji definiti fin-notifika tal-post battal. Dan il-bord jagħżel l-aktar applikanti xierqa b'mod oġġettiv, imparzjali u trasparenti u jistedinhom għal intervista.

Intervista u test bil-miktub

L-istadju li jmiss jinvolvi intervista mal-bord tal-għażla maħtur għal kull proċedura tal-għażla. Il-bord jevalwa l-applikanti skont il-kriterji definiti fin-notifika tal-post battal.

L-intervista ssir bl-Ingliż, iżda l-għarfien ta' lingwi oħra jista' jiġi ttestjat ukoll. Kelliema nattivi tal-Ingliż jistgħu wkoll jistennew li jagħtu xhieda tal-kapaċitajiet tagħhom fit-tieni lingwa.

Barra mill-intervista, l-applikanti jagħmlu test bil-miktub bl-Ingliż fil-qasam ta' kompetenza meħtieġ għall-profil speċifiku.

Listi ta' riserva

Wara l-intervisti u t-testijiet bil-miktub, il-bord tal-għażla joħloq lista ta' riserva bl-aktar kandidati xierqa. L-ECHA tista' tirrekluta persunal mil-lista ta' riserva fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta' validità tal-listi, li b'mod ġenerali huwa ta' sentejn b'possibiltà ta' estensjoni ta' sena.

Int għandek tiftakar li l-inklużjoni tal-lista ta' riserva ma timplika l-ebda intitolament għal impjieg.

Il-proċedura tal-għażla tista' tieħu sa sitt xhur mid-data tal-għeluq għal applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-lista ta' riserva.

L-applikanti jistgħu jitolbu reviżjoni fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni. Jistgħu wkoll jissottomettu appell fi żmien tliet xhur. Bħaċ-ċittadini kollha tal-UE, l-applikant jista' jagħmel ukoll ilment lill-Ombudsman Ewropew.